Is-Sezzjoni tal-Konsumatur

Is-Sezzjoni tal-Konsumatur

Ir-reġistrazzjoni hija faċli u mingħajr ħlas...

Ir-reġistrazzjoni hija faċli u mingħajr ħlas. Aħna nibagħtulek username u password bil-posta. Agħfas biex tirreġistra permezz tal-internet, jew ċempel Customer Care fuq il-Linja bla Ħlas 8007 2222.

Bħala membru reġistrat int ikollok aċċess għas-Sezzjoni tal-Konsumatur, li tipprovdilek rendikont dettaljat ta’ kull kont li għadu ma tħallasx u tippermetti li l-ħlas tal-kontijiet tiegħek isir b’mod faċli u sigur permezz tal-internet. Int tkun tista’ tara wkoll rendikont ta’ kontijiet passati u tal-pagamenti li tkun għamilt. Il-portal jipprovdilek kont tiegħek, profil tiegħek u informazzjoni dwar l-arloġġ tiegħek, u jippermettilek tagħmel talbiet għal xi tibdiliet permezz tal-internet. Apparti minn hekk, tkun tista wkoll tagħmel talbiet għal numru ta’ servizzi b’mod faċli u sigur, ukoll permezz tal-internet. Jekk mintix reġistrat/a, xorta waħda tista’ tħallas il-kont tiegħek permezz tal-internet hawn, jew tniżżel kwalunkwe applikazzjoni marbuta ma’ xi servizz partikolari hawn.